Qorti Sawdija tipposponi s-smigħ ta’ attivisti nisa wara arresti ġodda

FILE PHOTO: Demonstrators from Amnesty International stage the protest on International Women's day to urge Saudi authorities to release jailed women's rights activists Loujain al-Hathloul, Eman al-Nafjan and Aziza al-Yousef outside the Saudi Arabian Embassy in Paris, France, March 8, 2019. REUTERS/Benoit Tessier/File Photo

Qorti fl-Arabja Sawdija pposponiet ir-raba’ smigħ fil-kawża kontra diversi attivisti tad-drittijiet tan-nisa, każ li żied il-kritika tal-Punent lejn l-Arabja Sawdija wara l-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi.

Uffiċċjal tal-Qorti informa lil xi qraba tan-nisa li s-sessjoni ma kinetx se ssir minħabba “raġunijiet privati” tal-imħallef. Ma setax jipprovdi data ġdida.

Il-prosekutur pubbliku qal f’Mejju li għadda li xi wħud min-nisa kienu ġew arrestati fuq suspett li għamlu ħsara lil Arabja Sawdija u li taw appoġġ lil elementi ostili barranin.

Il-maġġoranza tal-11 il-mara li qegħdin il-Qorti kienu għamlu kampanji favur id-dritt biex ikunu jistgħu jsuqu u biex tintemm is-sistema tar-renju ta’ kustodju maskili.