Qorti: Pulizija ssegwi sewwieq fis-sakra għal aktar minn siegħa

Owen Cucciardi ta’ 29 sena minn Ħal Qormi tressaq il-Qorti akkużat li saq taħt l-effett tal-alkoħol u li ma għobdiex struzzjonijiet tal-Pulizija biex jieqaf, tant li kellhom jiġru warajh għal aktar minn siegħa.
Il-każ seħħ ilbieraħ fl-inħawi tas-Salini meta l-Pulizija nnutaw li sewwieq kien qed isuq meta kien fis-sakra. Il-Pulizija segwew lill-akkużat u rnexxilhom iwaqqfuh siegħa u kwart wara fin-Naxxar permezz ta’ roadblock.
Cucciardi wieġeb mhux ħati li saq b’mod perikoluż, li kien taħt l-effett tal-alkoħol, li prova jweġġa’ pulizija u li ma għobdiex struzzjonijiet tal-pulizija.
Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €600 u garanzija personali ta’ €2000