Qorti: Niġerjan akkużat li daħħal droga f’Malta

Tressaq il-qorti, in-Niġerjan li lbieraħ inqabad b’46 kapsula ta’ droga fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta.

Ir-raġel kien ġie Malta fuq titjira minn Brussell u fil-kapsuli li kien qed iġorr kien hemm madwar 460 gramma ta’ kokaina.

Ir-raġel wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u baqa’ jinżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.