Qorti: Kissru bank biex jagħmlu sodda u barbikju

Żewġ żgħażagħ Franċiżi ta’ 20 sena, fejn ġew akkużati li kmieni dalgħodu għamlu ħsara fuq bank fi triq f’San Ġiljan.

Wieħed miż-żgħażagħ qiegħed Malta biex jistudja l-Ingliż.

Iż-żgħażagħ ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom fejn qalu li riedu l-injam biex jagħmluh taħt is-saqqu tas-sodda u biex jagħmlu barbikju.

Huma nħelsu bil-kundizzjoni li ma jagħmlux reat ieħor fi żmien sena u li jħallsu s-somma ta’ €370 lill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan.