​Qorti Ingliża tordna lil speċjalista jeżamina lil Charlie Gard

Qorti Suprema fl-Ingilterra ordnat lil speċjalista Amerikan biex jagħti l-opinjoni tiegħu, dwar jekk it-tarbija Charlie Gard tistax tibbenefika minn trattament mediku esperimentali.
Għaldaqstant it-tabib Michio Hirano miċ-Ċentru Mediku tal-Università ta’ Columbia se jkun qed jeżamina lil Charlie Gard fi Greater Ormond Street Hospital f’Londra.
Fix-xhieda tiegħu fil-Qorti,  l-ispeċjalista mediku qal li jemmen li hemm ċans li jvarja bejn 11% u 65% li t-terapija tista’ ttejjeb il-kundizzjoni ta’ saħħet it-tifel.
Qal ukoll li ma ra l-ebda evidenza li Charlie Gard qed ibati.
Intant it-tobba fl-isptar Ingliż għadhom isostnu li ma hemmx trattament mediku ieħor li jista’ jingħata lit-tarbija.