Qorti Ingliża tgħid li żagħżugħa li ssieħbet mal-ISIS tista’ tidħol l-Ingilterra

Qorti tal-Appell ordnat li Shamima Begum, li kienet issieħbet mal-ISIS, għandha titħalla tirritorna l-Ingilterra biex tiġġieled id-deċiżjoni biex titneħħa ċ-ċittadinanza Ingliża tagħha.

Il-BBC irrapporta kif Begum, li issa għandha 20 sena, kienet waħda minn tliet student li telqu minn Londra biex jissieħbu mal-grupp tal-Istat Iżlamiku fis-Sirja fl-2015.

Iċ-ċittadinanza tagħha ġiet rivokata mill-Ministeru għall-Intern Ingliż fuq raġunijiet ta’ sigurtà wara li nstabet f’kamp għar-refuġjati fl-2019.

Il-Qorti tal-Appell qalet li ma ngħatatx smigħ ġust peress li ma setgħetx tagħmel il-każ tagħha mill-kamp fis-Sirja.

Il-Home Office qalet li d-deċiżjoni kienet waħda diżappuntanti u li kienet se tapplika għall-permess biex tappella.