Qorti Amerikana se tisma’ argumenti dwar regoli fil-liġi li jolqtu l-kontroll tat-twelid

Il-bini tal-Qorti Suprema Amerikana f'Washington.(Credit: J. Scott Applewhite/AP.)

Il-Qorti Suprema Amerikana se tikkunsidra jekk għandhiex tħalli lill-amministrazzjoni tal-President Donald Trump tinforza regoli li jippermettu lil min iħaddem li ma jħallasx assikurazzjoni fuq kontraċettivi għan-nisa impjegati tagħhom.

L-Imħallfin qablu li jisimgħu każ ieħor li jikkonċerna t-tibdil li kien għamel il-President Barack Obama fil-liġi dwar is-saħħa dwar kontraċċettivi bla ħlas.

Il-Qorti Suprema mistennija tirrevedi deċiżjoni tal-ewwel Qorti li waqqfet lill-amministrazzjoni tal-pajjż għax ma segwietx il-proċeduri b’mod korrett.  Il-politika l-ġdida dwar kontraċezzjoni, maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa u s-Servizzi Umani, jippermettu aktar nies li jħaddmu, inkluż kumpanniji pubbliċi li jipprovdu lill-impjegati tagħhom servizzi ta’ kontraċezzjoni bla ħlas, billi jgħidu li għandhom oġġezzjoni tal-kuxjenza kontra l-kontraċċezzjoni.

Din il-policy tippormetti wkoll lil min iħaddem, anke jekk mhux kumpannija pubblika li tqajjem oġġezzjoni tal-kuxjenza.

Il-President Obama

Numru ta’ kumpanniji u mprendituri qed joġġezzjonaw li jħallsu għall-kontraċettivi tal-impjegati tagħhom, foshom sistemi duraturi bħall-IUDs li jiswew aktar għax meqjusa li huma aktar effettivi biex ma jkunx hemm tqala.

L-impjegati nisa li jħallsu huma għal pilloli jew kontraċettivi  biex jevitaw it-tqala, niżel minn 21% għal 4%, wara li l-ex President Obama kien daħħal liġi fejn il-kontraċettivi saru parti mis-sistema tas-saħħa u ma jitħallsux minn min jagħmel użu minnhom.

L-Amministrazzjoni ta’ Donald Trump trid tneħħi dawn ir-regoli. Għalkemm id-deċiżjoni tal-President Trump għad ma tistax tkun infurzata, ftit jiem ilu, Imħallef Federali f’Texas aċċetta li dawk l-‘employers’ li għandhom oġġezzjoni tal-kuxjenza dwar il-kontraċċettivi, ma jħallsux għalihom.

Il-kwestjoni kollha ddur mal-metodu adottat mill-amministrazzjoni ta’ Obama li kienet tippermetti li organiżazzjonijiet reliġjużi jitħallew ma jħallsux huma għall-kontraċezzjoni tal-impjegati tagħhom u fl-istess waqt tassigura li dawn l-impjegati ma jkollhomx iħallsu huma għal dan is-servizz.

Xi gruppi qed isostnu li dawn ir-regoli jmorru kontra t-twemmin reliġjuż tagħhom u jridu jkunu eżentati minnhom bla ma anqas ikollhom għalfejn jirreġistraw l-oġġezzjoni ta’ kuxjenza tagħhom.

President Trump

 Fl-2018, il-President Trump ħaerġ regoli ġodda f’dan ir-rigward.  L-istati ta’ New Jersey u Pennsylvania, oġġezzjonaw għalihom quddiem il-Qorti Federali u l-Qorti tal-Appell ta’ Philadelphia imblukkat ir-regoli ta’ Trump fuq bażi nazzjonali.

L-istati qed isostnu li r-regoli l-ġodda jfissru li anqas nisa se jgawdu mill-benefiċċju ta’ kontraċettivi b’xejn li jħallas għalihom min iħaddimhom u allura l-istat ikollu jħallas aktar flus fi programmi biex jipprovdu huma s-servizzi ta’ kontraċettivi lin-nisa li jgħixu fl-istat tagħhom.

Issa, l-Qorti Suprema se tisma’ dan l-appell tal-amministrazzjoni u appell ieħor  imressaq mill-kongregazzjoni tal-Little Sisters of the Poor li qed isostnu li r-regoli tal-President Trump jipproteġuhom milli jkunu sfurzati jipprovdu servizzi ta’ kontroll tat-twelid.  Iżda avukat tal-amministrazzjoni ta’ Obama qed jgħidu li s-sorijiet kienu eżenti minn dawn ir-regoli.

Mark Rienzi, avukat tal-Becket Fund għal-Libertà Reliġjuża, li jirrappreżenta lis-sorijiet, qal li hemm “diversi modi kif in-nies jistgħu jingħataw servizzi kontraċettivi, bla ma jmorru għalihom għand is-sorijiet.”

Madwar l-Istati Uniti hemm diversi kawżi pendenti dwar din il-liġi. Esperti tal-politika dwar is-saħħa, qal li d-deċiżjoni tal-Qorti Suprema potenzjalment tista’ ssolvi dawn il-kawżi pendenti kollha. “Il-gruppi reliġjużi jridu li l-Qorti tiddeċiedi darba għal dejjem u għal kulħadd u mhux se jkunu kuntenti qabel ma jkun hemm deċiżjoni ċara”, qal l-istess espert.