Qorti; akkużat li kkunsidra jitraffika l-kokaina

Bdiet il-kawża ta’ Edward Cardona, raġel ta’ 36 sena minn San Pawl il-Baħar li kien akkużat li kkunsidra li jittraffika l-kokaina kif ukoll li kellu fil-pussess tiegħu d-droga.

Il-każ imur lura għall-2013 meta l-Pulizija arrestat kurjer tad-droga fl-Ajruport  Internazzjonali Malti. Il-mara instabet li kienet qed iġġorr numru ta’ kapsuli mimlijin droga fl-istonku. Hija nstabet li kellha b’kollox 73 kapsola b’valur ta’ ‘l fuq minn €57,000.

Aktar tard il-mara qalet lill-investigaturi li kienet ingħatat struzzjoni minn raġel Alġerin li jgħix Spanja, imsejjaħ ‘Obi’, biex iddaħħal id-droga f’Malta u tagħtiha lil klijenti li kienu diterminati minn qabel.

F’okkażjoni minnhom lura f’Diċembru tal-2012, hija allegatament iltaqgħat ma’ hekk kif iddiskrivietu hi, “raġel twil, qargħi u mimli.” Hija ltaqgħet ma dan ir-raġel bil-għan li tgħaddilu 70 kapsula bil-kokaina u 20g fuqhom hekk kif kellu qbil mar-raġel hekk magħruf bħala Obi.

Din l-informazzjoni wasslet lill-Pulizija għall-arrest ta’ Cardona.