Qorti: Akkużat b’serq ta’ flus minn ħanut f’Birkirkara

Raġel ta’ 27 sena minn Birkirkara baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv wara li nhar il-Ħadd li għadda seraq inqas minn elf ewro fi flus kontanti minn ħanut f’Birkirkara.

Ix-xhieda qalu li waqt li wieħed miż-żewġ impjegati kien għadu kif niżżel ix-shutter, dan reġa’ ttella’ mir-raġel li kien mgħammad u armat b’arma tan-nar.

Ir-raġel li għandu problema tad-droga, mar wara l-bank u minn hemm ħataf il-flus mill-kexxun tal-cash register u ħarab bihom.

Huwa nstab ħati wkoll li żamm lill-impjegati kontra l-volontà tagħhom u li hu reċediv.

Minkejja t-talba għall-ħelsien mill-arrest, ir-raġel baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv.