Qorti: Żewġ Brażiljani akkużati bi ħsarat f’pompa tal-petrol

Żewġ Brażiljani tressqu l-qorti wara li kkawżaw ħsarat f’pompa tal-petrol fi Swieqi.

Bertino Algebaile Leite ta’ 26 sena u Ricardo Guimaraes Cunha ta’ 21 sena, it-tnejn residenti Swieqi kienu akkużati li fis-17 ta’ Awwissu għamlu ħsara f’din il-proprjetà.

Il-Brażiljani wieġbu ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom u ngħataw sentenza sospiża għal sentejn. Iż-żewġ akkużati ntallbu jħallsu €1,950 b’kumpens għal ħsarat.