Qormi jirbħu l-ewwel unur tal-istaġun tal-hockey

Daikin Qormi komplew minn fejn ħallew l-istaġun li għadda billi rebħu s-Super Cup, l-ewwel unur fl-istaġun tal-hockey. Ir-rebbieħa renjanti u r-rebbieħa tal-KO għelbu l-isfida ta’ Sliema Hs billi għamlu erba’ gowls. Qormi għarfu jieħdu l-opportunitajiet li kellhom biex kisbu r-rebħa.

L-aħħar ħames minut mill-ewwel kwart kien movimentat hekk kif il-gowler ta’ Qormi għamel save doppju. Qorm rnexxielhom itellgħu l-ballun u minn rebound ta’ corner qasir Luke Bajjada rnexxielu jpoġġihom fil-vantaġġ.

It-tieni kwarta kien kemm xejn kwiet. Fit-tielet kwart iż-żewġ naħat tilfu opportunitajiet tad-deheb. Iżda Shaun Dimech irnexxielu jikseb it-tieni gowl għal Qormi fil-35 minuta. Fir-raba’ kwarta Keith Bajada u Zach de Giovanni rnexxielhom jagħmlu gowl kull wieħed biex għalqu l-iskor ta’ 4-0 għal Qormi.