Qligħ stabbli permezz tal-APS Kapital Plus Account

Għal żmien limitat biss, APS Bank qed joffri kont ġdid ta’ depożitu li joffri qligħ stabbli.
Il-Kapital Plus Account jgħaqqad l-istabblità ta’ kont ta’ depożitu t’terminu fiss ta’ 8 snin b’rata ta’ imgħax iggarantita ta’ 0.70% fis-sena, flimkien ma’ bonus potenzjali li jista’ jlaħħaq sa massimu ta’ 32%.
Dan il-bonus hu marbut mal-andament tal-Finvex Ethical Efficient Europe 30 Index.
Dawk li jiftħu dan it-tip ta’ kont jistgħu jagħmlu depożitu minimu ta’ €2,000 mingħajr l-ebda spejjeż inizjali jew rikorrenti waqt li japplikaw xi termini u kundizzjonijiet.
Il-kontijiet tal-Kapital Plus huma koperti mill-Iskema ta’ Kumpens għad-Depożitatur.
Aktar tagħrif jista’ jinkiseb permezz ta’ imejl lil invest@apsbank.com.mt, mis-sit tal-Bank www.apsbank.com.mt/kapitalplus jew permezz tat-telefon fuq 21226644.
Dan il-prodott finanzjarju hu maħruġ mill-APS Bank Ltd, li hu liċenzjat bħala Istitut ta’ Kreditu mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji.