Qis li żżomm id-19 ta’ Mejju liberu

Il-Prinċep Harry u l-attriċi Meghan Markle se jiżżewġu fid-19 ta’ Mejju tas-sena d-dieħla.
Dan tħabbar ftit tal-ħin ilu minn Kensington Palace.
Il-koppja se jiżżewġu fil-Kappella ta’ San Ġorġ f’Windsor Castle.
Huma ħabbru l-għerusija tagħhom ix-xahar li għadda.
Il-koppja rjali se jkunu qed jgħixu f’Notthingham Cottage li tinsab fil-Palazz ta’ Kensington f’Londra.
Meghan Markle jidher li tħobb lil Malta mhux ħażin.
Is-sena li għaddiet żaret il-gżejjer Maltin u ppubblikat għadd ta’ ritratti tagħha matul il-mawra, fejn żaret bosta postijiet ta’ interess.
Meghan għandha 35 sena u trabbiet f’Los Angeles, California.
Hi magħrufa l-aktar għar-rwol tagħha bħala Rachel Zane fid-drama legali Suits.