
Hemm ħafna spekulazzjonijiet għaddejjin onlajn dwar il-prinċipessa l-ġdida Meghan Markle, u l-libsa li libset għal kunċert. Dan għaliex hemm ħafna qed jgħidu li fil-libsa tidher li żaqqha tonda, u li għażlitha bid-diżinn bil-frilli sabiex taħbi t-tundjatura tat-tqala.
Din it-tundjatura ħolqot ħafna agħa fuq il-midja soċjali, hekk kif ġew żvelati diversi ritratti minn angoli differenti ta’ waqt il-kunċert li attendiet mar-raġel tagħha, il-prinċep Harry.
Ġie irrapurtat ukoll li omm Markle, Doria Ragland, bdiet tattendi kors dwar it-trabi u kif tieħu ħsieb lit-tfal, saħansitra anka kif tagħti l-ewwel għajnuna.