Qed tistenna x-xita?

Frar fawwar jimla l-bjar imma żgur mhux għal din il-ġimgħa.

It-temp din il-ġimgħa mistenni jkun il-biċċa l-kbira xemxi u t-temperaturi mistennija jogħlew ukoll. L-ogħla temperatura għal din il-ġimgħa mistennija tkun 19°C bl-inqas 11°C.

Skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta‘ Malta, għada t-Tlieta t-temp mistenni jkun xemxi bl-ogħla temperatura mistennija tkun 19°C u l-inqas 12°C. L-Erbgħa mistenni jkun il-biċċa l-kbira xemxi bl-ogħla temperatura 19°C u l-inqas 13°C.

Il-Ħamis u l-Ġimgħa t-temp se jkun xemxi b’xi waqtiet imsaħħab, l-ogħla temperatura mistennija tkun 17°C u l-inqas 12°C.

Is-Sibt it-temp mistenni jkun xemxi b’xi waqtiet imsaħħab l-ogħla temperatura mistennija tkun 17°C u l-inqas 11°C