Qed tistenna jew għandek tarbija?

L-ommijiet li qed jistennew tarbija, u oħrajn li għadhom kemm welldu, huma mistiedna għal quddiesa li matulha jiġu mbierka l-ulied imwielda u dawk fil-ġuf.
Din iċ-ċelebrazzjoni, li ssir kull tliet xhur fil-knisja parrokjali ta’ Sant’Anna f’Wied il-Għajn, se ssir Nhar il-Ħadd 3 ta’ Diċembru fl-10:15am.
Waqt il-quddiesa jsir talb ukoll lil Sant’ Anna, omm il-Madonna, biex tħares lill-ommijiet u t-trabi tagħhom.
Waqt il-programm Follow Up fuq RTK, l-Arċisqof Scicluna ħeġġeġ il-Parlament biex ma jilgħabx man-nar meta jiddiskuti l-abort u li frażijiet bħal “drittijiet riproduttivi’ ma jbiddlux il-fatt li l-abort huwa qtil.