Qed tesperjenza problemi biex taċċessa YouTube u Google?

Jekk qed tesperjenza problemi meta tipprova taċċessa YouTube u Google, mintix waħdek.

Diversi ġurnali internazzjonali qed jirrappurtaw kif diversi prodotti ta’ Google bħal gmail, Google Maps, Google Drive u YouTube mhux qed jiffunzjonaw kif suppost. Dan hekk kif diversi persuni qed jesperjenzaw problemi meta jippruvaw jaċċessaw dawn is-siti u pjattaformi differenti.

Jidher iżda li ċerti persuni qed jirnexxielhom jaċċessaw dawn is-siti jekk jużaw browser incognito mode. Dan hekk kif il-problema, skont ġurnali internazzjonali, jidher li qed jesperjenzawha persuni li jippruvaw jużaw is-siti minn browsers li diġà kien sar logging in fil-kontijiet minnhoom.

Minkejja dan kollu, jidher li s-search engine ta’ Google qed taħdem b’mod normali.

Il-kumpanija Google għaddiet minn esperjenza diffiċli ta’ problemi simili lura f’Awwissu, li wasslet biex diversi servizzi minn tagħha ma jaħdmux. Intant, ix-xahar li għadda, l-istess sistemi esperjenzaw problemi ftit inqas gravi minn dawk ta’ Awwissu.