“Qed nittama li neqirdu l-Coronavirus f’inqas minn sentejn” – WHO

FILE PHOTO: Director General of the World Health Organization (WHO) Tedros Adhanom Ghebreyesus attends a news conference on the situation of the coronavirus (COVID-2019), in Geneva, Switzerland, February 28, 2020. REUTERS/Denis Balibouse/File Photo

Read in English.

Il-Kap tal-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) Tedros Adhanom Chebreyesys qed jittama li l-pandemija tal-Covid-19 tkun megħlub f’inqas minn sentejn.

Meta kien qed jitkellem f’Geneva, huwa qal li l-influwenza Spanjola ħadet sentejn waqt li b’teknoloġija tal-lum qed jittama li l-coronavirus tintemm f’iqsar zmien.

“Madanakollu, l-fatt li jinsabu ngħixu f’dinja iktar globalizzata, il-virus għandu iktar possibilità li jinxtered. Fl-istess ħin għandna t-teknoloġija u l-għarfien biex inwaqqfuh.

Hu saħaq dwar l-importanza tal-għaqda nazzjonali u s-solidarjetà globali.

L-influwenza Spanjola qatlet madwar 50 million persuna filwaqt li s’issa l-coronavirus qatel mat-800,000 u nfettat mal-22.7 miljun oħra.