Filmat: “Qed nimmaġinak fil-live shows ta’ X Factor” – Howard

“Wow! Il-preżenza tiegħek fuq l-istejġ hija effettiva ħafna,” kien il-kumment ta’ Howard Keith Debono wara l-wirja stupenda ta’ Chantal Catania waqt iċ-Chair Challenge tal-Overs tal-kompetizzjoni X Factor.

Ira Losco qaltilha li wiċċha jixgħel meta titla’ fuq il-palk u li dan huwa l-perkors tagħha.

L-udjenza wkoll hija mimlija entużjasmu għall-kummenti ta’ Alexandra li trid tara aktar minn Chantal u dan ifisser li kien imissha siġġu.

Bla dubju li Chantal hi vuċi li se tkompli tidwi fix-xena mużikali anki wara li l-kompetizzjoni tal-X Factor tasal fi tmiemha fi Frar li ġej.

Hawn fuq il-wirja ta’ Chantal fl-ewwel audition tagħha.

Rajniha wkoll fil-Bootcamp ma’ Destiny u Michelle.

Prosit tassew Chantal!