“Irriżenja” – Il-PD lil Clint Camilleri

Il-Partit Demokratiku (PD) qed jinsisti li s-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, Clint Camilleri, għandu jirriżenja. Saħaq li dan minħabba n-nuqqas ta’ azzjoni neċessarja biex jinżammu l-istandards tal-operaturi tal-irziezet tal-ħut, biex jiġi protett l-ambjent marittimu.

Fi stqarrija, il-PD qal li l-akwakultura tista’ titqabbel ma’ tanker li qed jarmi żjut u ħama b’mod irregolari u li Malta qabżet il-limitu ta’ kemm tiflaħ irziezet tat-tonn u b’hekk in-nies qed ikollhom jgħumu f’bajjiet kontaminati bil-ħama u l-ħmieġ.

Il-PD qal ukoll li se jopponi applikazzjoni li qed titlob li tirdoppja n-numru ta’ gaġeġ għal 24.