“Qed nara artista quddiemi” – Howard Keith Debono f’X Factor

Karin Duff ta’ 25 sena s-sena l-oħra waslet sal-fażi tal-Judges Houses u din is-sena daħlet b’Silly Little Girl, kanzunetta oriġinali tagħha.

Il-ġurija kuntenta u tawha l-approvazzjoni tagħha.

Karin issa sejra l-Bootcamp.

X Factor ikompli fuq TVM nhar ta’ Hadd fid-8.50pm bil-fażi tal-Bootcamp.