​“Qed naħdmu biex f’Malta jkun hawn internet b’xejn kullimkien” – PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern qed jaħdem biex Malta ssir l-ewwel stat membru tal-Unjoni Ewropea li toffri internet b’xejn kullimkien.
Waqt li kien qed jindirizza l-Commonwealth Games Business Council fl-Università ta’ Glasgow, il-Prim Ministru enfasizza dwar l-importanza tal-internet.
Aktar tard, waqt li kien qed jitkellem mal-ġurnalisti, il-Prim Ministru qal li ma jeskludix li fil-jiem li ġejjin issir laqgħa speċjali tal-Kunsill Ewropew biex jiddiskuti t-twaqqigħ tal-ajruplan Malażjan fl-Ukraina.
Ritratt: DOI – Reuben Piscopo