“Qed jiżdiedu l-voti għall-politika tal-mibegħda” – Cacopardo

Iċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo qal li huwa ta’ tħassib il-fatt li mir-riżultati preliminari ta’ din l-elezzjoni, jidher li l-politika tal-mibegħda qed tingħata aktar fiduċja min-nies. Dwar ir-riżultati li kisbet l-AD, Cacopardo qal li għadu kmieni biex jikkummenta fuq hekk.
Cacopardo qal li jibża’ li permezz ta’ dan ir-riżultat, il-partiti ewlenin jaf tiġihom it-tentazzjoni li jassoċjaw ruħhom mal-kultura tal-mibegħda minflok ma jikkundannawha.
Huwa rringrazzja lil dawk kollha li taw il-vot tagħhom lill-AD.