“Qed jippruvaw jaqluni ħajja” – Daphne lil binha qabel inqatlet

Bin Daphne Caruana Galizia qal li ftit xhur qabel ma nqatlet, ommu qalet lil ħuh li “qed jippruvaw jaqluha ħajja”.
Matthew Caruana Galizija qal dan meta kien qed jindirizza membri tal-Kumitat tad-Drittijiet Umani fi ħdan il-Kungress Amerikan, li kien qed jiddiskuti l-isfidi u r-riskji li qed jiffaċċjaw illum ġurnalisti nisa madwar id-dinja.
Sostna li l-pressjoni mill-Gvern fuq ommu, kienet tant kbira li ħasset xi ħaġa u qal li l-qtil ta’ ġurnalista qatt ma jseħħ mingħajr twissija. Stqarr li dan seħħ f’kultura fejn jeżistu preġudizzji kontra n-nisa, li fi kliemu jkomplu “jżidu r-riskju tal-ġurnalisti nisa”.
Matthew Caruana Galizia kompla jgħid li qabel omiċidju ta’ ġurnalista, ikun hemm episodji ta’ intimidazzjoni u fastidju minn dawk li jkunu qed jiġu investigati fir-rapporti.
Qal li l-pressjoni fuqhom tibqa’ żżid sakemm jispiċċaw biex jinqatlu, u fakkar li meta nqatlet ommu, Daphne Caruana Galizia kienet ilha snin tiġi trattata mingħajr ebda dinjità umana.
Ritratt: Twitter