Qed jippruvaw iħammġulna isimna – Air Malta

Malta International Airport plc

Il-linja tal-ajru Air Malta qalet li rapporti spekulattivi fil-midja lokali qegħdin jippruvaw iħammġu isem il-kumpanija biex jitfgħuha lura. Dawn ir-rapporti huma dwar ir-rapporti finanzjarji tal-Air Malta tal-2017/2018.

Ir-rapporti ta’ The Times of Malta u Malta Today qalu li l-Air Malta se jkollha t-telf la tirreġistra s-sena finanzjarja li ntemmet f’Marzu tal-2019. L-artikli kienu bbażati fuq  rapport finanzjarju maħruġ fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-kumpanija, li fih qalet li: “[the airline] will most likely register operating losses from continuing operations during the 2019 financial year.” Fl-istess laqgħa, kien tħabbar profitt rekord ta’ €1.2 miljun għall-2018.

Air Malta bi profitt rekord ta’ €1.2 miljun fl-2018

Skont il-linja tal-ajru, fl-artiklu tal-ġurnal, intgħażlu biċċiet mir-rapport bil-ħsieb li jagħmlu ħsara lill-kumpanija. Qalet ukoll li r-rapporti injoraw ir-rapport tal-awditur estern li kien inkorporat fir-rapport finanzjarju biex jinsinwaw li l-kumpanija addottat “tekniċi potenzjalment kreattivi tal-accounting” u “entrati fil-kotba maħsubin.”

Il-kumpanija qalet li r-rapport tad-Direttur u dak tal-Awditur juru s-sitwazzjoni kurrenti u futura veri, u kif din se jkollha impatt fuq il-kumpanija.