“Qed jinħolqu ghettos immexxija minn kriminalità organizzata barranija” – Delia

Read in English.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia stqarr li f’Malta qed jinħoloq ghettos minn kriminalità organizata barranija. Meta kien qed jiġi intervistat fuq Net FM, il-Kap tal-Partit Nazzjoinalista qal li hawn postijiet madwar Malta litteralment maħfuta mill-barranin, ġeneralment danw huma irġiel mingħajr familja.

Huwa qal li seta’ jara dan kollu b’għajnejn stess din il-ġimgħa meta kien qed jimxi fl-inħawi ta’ San Pawl l-Baħar fejn innota gruppi ta’ persuni barranin li ħadu over l-inħawi.

Delia fiehem li dawn mhux qed jippermettu l-iżvilupp organiku tal-kommunitajiet mibnija fuq il-familji.

“Pockets maħtufa minn barranin l poġġew lil Malta bħal port of call tagħhom, li jiġu hawn biex jinqdew u jitilqu u flokhom jiġu oħrajn. Persuni li jgħixu disa’ f’appartament ta’ żewġ kmamar tas-sodda,” spjega Delia.

Skont Delia għal dan kollu jaħti l-Gvern li mhux biss m’għandu pjan fit-tul f’dan il-qasam iżda bl-aġri tiegħu għen titkattar kultura ta’ “crime pays.”

Huwa qal li l-GVern imissu jimbarka fuq pjan ta’ riġenerazzjoni fit-tul għall-inħawi tal-Belt, Furjana, Ħamrun u Marsa biex jittrasforma mill-qiegħ dawn l-postijiet u konsegwentament il-perspettività weħida tinbiddel.

Delia qal li minkejja li l-Gvern għamel 12-il surplus wara xulxin hemm 82 elf f’risku ta’ faqar. Skont Delia is-sitwazzjoni mistennija tiħżien hekk kif minħabb l-Covid-19 intilifu tliet miljun turist u 15-il elf ħaddiem telaq lura pajjiżu. Għal dan il-Prim Ministru ħareġ fi pjan ta’ ħames punti kollha ikkuppjati minn dokumenti tal-PN, stqarr Delia.

Huwa qal li kulħadd għandu dritt li jkollu saqaf fuq rasu, ħajja diċenti, pensjoni diċenti iżda minkejja li l-kirijiet naqsu ftit, intilfu l-impjieġi u ħafna familji għandhom il-fridge vojta.

Il-Partit Nazzjonalista jridu jipproponi ruħu bħala Gvern alternattiv biex ipoġġu l-idejat u l-entużjażmu miegħu għas-servizz tan-nies.