Qed jinġabru 10 tunnellati ta’ skart kuljum minn Buġibba u San Pawl il-Baħar

Skart Malta Rubbish

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Indafa Pubblika qal li qed jinġabru għaxar tunnellati ta’ skart kuljum minn Buġibba u San Pawl il-Baħar.

Fi stqarrija, is-Segretarjat qal li d-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni offriet għajnuna addizjonali lill-Kunsilli Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u Buġibba permezz ta’ kampanja ta’ indafa ta’ emerġenza li bdiet nhar it-Tnejn li għadda

Intqal li kuljum, tmien ħaddiema mid-diviżjoni qegħdin jintbagħtu f’dawn iż-żoni biex jagħtu servizz ta’ ġbir ta’ skart addizzjonali fil-5:00pm, għal ħasil ta’ toroq arterjali, u ż-żamma ta’ għamara tat-triq bħal bankijiet.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika Deo Debattista nnota “dawn ir-riżultati straordinarji b’sodisfazzjon”.