Qed ‘jimxu’ fl-ispazju

Il-Maġġur Ingliż Tim Peake u l-astronawta Amerikan Tim Kopra huma mistennija jqattgħu sitt sigħat u nofs barra l-istazzjon internazzjonali tal-ispazju.
L-avveniment storiku beda ftit wara s-2pm.
Iż-żewġ astronawti waslu sat-tarf nett tal-istazzjon spazjali sakemm imxew ’il barra madwar 50 metru.
Huma setgħu jiċċaqilqu billi użaw idejhom għalkemm kienu marbuta mal-istazzjon spazjali bi ħbula tal-azzar.
L-ewwel għan għal xhiex ħarġu ’l barra mill-istazzjon spazjali ntlaħaq, hekk kif iż-żewġ astronawti rnexxielhom jibdlu biċċa apparat fuq barra li kienet għamlet il-ħsara.
Iż-żewġt irġiel setgħu wkoll iħarsu lejn id-dinja mill-ispazju, din id-darba bil-ħġieġa biss ta’ quddiem għajnejhom li tifridhom.