Qed jiġi diskuss il-qtil tal-ġurnalist Sawdi

Is-Sawdi Arabja qed tipprepara biex tikkonferma l-mewt tal-ġurnalist Sawdi, Jamal Khashoggi waqt interrogazzjoni. Dan qalitu l-gazzetta New York Times wara li l-President Amerikan, Donald Trump spekula li xi qattiela diżonesti jistgħu jkunu responsabbli għal dan. Trump bagħat lis-Segretarju tal-Istat Mike Pompeo biex jiltaqa’ ma’ King Salman dwar il-każ li xejjen ir-relazzjoni tal-Amerikani mas-Sawdi.

Il-ġurnalist li kien jgħix fl-Amerka u li kien kritiku tal-Prinċep tas-Sawdi, sparixxa wara li daħal fil-konsulat għall-Għarabja f’Istanbul ġimgħatejn ilu biex jikseb id-dokumenti taż-żwieġ. L-uffiċjali Torok qed jgħidu li huma jemmnu li l-ġurnalist kien maqtul fuq il-post, iżda l-ġisem tiegħu tneħħa.