“Qed jhedduni; għamilt rapport” – Efimova

Maria Efimova qalet fi tweet li qed tirċievi theddid, propju ftit tas-sigħat wara li l-eks ċerpersin ta’ Pilatus Bank Ali Sadr Heshemi Nejad ingħata l-libertà proviżjora minn qorti fl-Istati Uniti.
Efimova kienet sors importanti għall-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia fl-investigazzjonijiet tagħha dwar ħasil ta’ flus mill-Bank Pilatus.
Fit-tweet, Efimova spjegat li se tkun qed tirrapporta lill-Pulizija Griega dwar it-theddid li qed tirċievi.
L-Iranjan ingħata l-libertà proviżorja għal $34 miljun f’bonds assigurati b’madwar $39 miljun fi propjetà u flus kontanti. Dan kollu ġie iffirmat minn għexieren ta’ individwi.
Ali Sadr qed jiġi akkużat li għadda $115 miljun minn kumpanija mill-Venezwela minn banek tal-Istati Uniti (USA) bi ksur ta’ sanzjonijiet tal-USA.

https://platform.twitter.com/widgets.js