Qed jaħdmulek Facebook u WhatsApp?

Facebook ma bediex jaħdem normali fl-istess ħin li dan ġara lil WhatsApp. Jidher illi l-mezz soċjali ma waqafx kompletament, imma ċerti faċilitajiet mhumiex jaħdmu, pereżempju ċerti ritratti jew kitbiet mhumiex jidhru, minkejja li l-paġna tkun illowdjat.

Dawn il-kwistjonijiet ġew rappurtati mis-sit elettroniku li jżomm rendikont tas-siti kollha, Down Detector. Utenti fl-Istati Uniti, fl-Amerka t’Isfel u fil-Ġappun kienu affettwati iżjed minn oħrajn.

L-istess problema okkorriet fuq WhatsApp, peress li mhumiex jintbagħtu fajls, ritratti, filmati u rikordings ta’ messaġġi bl-awdjo. Siti oħrajn qed jirrappurtaw li lanqas Instagram mhu jiffunzjona sew.