“Qed inħossni agħar minn qatt qabel” – Bjorn

Bjorn Formosa reġa’ lura l-isptar 21 ġurnata wara l-operazzjoni, u qed iħossu agħar minn qatt qabel.

Dan kitbu hu stess fuq Facebook, fejn iddeskriva kif qed iħossu: “bla nifs, qisni għandi d-deni, stordut.” Bjorn irrakkonta kif sa jumejn qabel l-operazzjoni, kien qed jegħleb kull sfida bis-siġġu tar-roti tiegħu u bil-maskla, li issa qed iħoss in-nuqqas tagħha.

Il-fundatur tal-Fondazzjoni ALS kiteb li issa qed iħossu li aċċellera l-vjaġġ tiegħu lejn dak li ma jistax jaħrab minnu, issa li daħal f’agonija ta’ tbatija.

Dwar martu Maria, huwa qal li jiddispjaċih li qed ikollha tgħaddi minn dan il-gwaj kollu miegħu. Bjorn qal li jixirqilha l-aħjar mid-dinja.

Bjorn temm il-messaġġ tiegħu fuq nota pożittiva u qal li qed jipprova jiġġieled il-mewt, imma jeħtieġ l-għajnuna tan-nies biex fid-19 t’Ottubru li ġej jiftaħ Dar Bjorn ġdida u ikbar.

Things are not really working out as expected after the operation. 21 days after, I am back into hospital feeling worse…

Posted by Bjorn Formosa on Monday, September 24, 2018

Dan Bjorn kitbu 5 ijiem biss wara li xerred l-ewwel filmat tiegħu fuq Facebook wara l-operazzjoni li għamel fit-3 ta’ Settembru.