“Qed infittxu membri għal vocal band” – Elton Zarb

Bħalissa qed issir sejħa għal kantanti ta’ bejn is-17 u l-21 sena biex ikunu qed jiffurmaw parti minn vocal band.

“Bażikament bħalissa qed niżviluppaw vocal band u qed infittxu membru jew tnejn, jiddependi xi jkollna għall-auditions,” ikkummentalna Elton Zarb minn WickedandLoud. Huwa kkonferma wkoll li hemm ukoll kantant ieħor għal magħhom.

Ritratt: Facebook/WickedAndLoud

Dan il-poġett jidher li se jkun immirat lejn ix-xena mużikali barra minn xtutna.

“Se inkunu qed nagħżluhom aħna w il-partners barranin tagħna,” żied jgħidilna Elton Zarb ta’ WickedandLoud.

WickedandLoud hi kumpanija li tippromwovi artisti Maltin u magħha ħadmu għadd ta’ artisti fosthom Amber, Maryrose Mallia, Pamela Bezzina, Maxine u Hooli.

It-tim ta’ WickeandLoud qiegħed ukoll jaħdem fuq l-ewwel album ta’ Owen Leuellen.

Dawk li qed jinteressaw irwieħhom iridu jibgħatu clip ta’ minuta fejn qed ikantaw u jibagħtuh fuq whattsapp fuq in-numru 99445214. Wara li ssir l-għażla tas-semifinalisti, se tinfetaħ il-votazzjoni għall-pubbliku f’nofs Frar.