“Qbiżna nofs seklu u issa għandi l-maġġoranza” – Brian Farrugia

Awguri lill-atturi Brian Farrugia li ħafna jiftakruh fil-karattru ta’ Leonard fl-aktar sitcom popolari fil-gżejjer Maltin, Simpatiċi, li mid-29 ta’ Ġunju se tkun qed terġa’ tixxandar kuljum fuq l-istazzjon Net. L-attur twieled bħal-lum fis-17 ta’ Ġunju tal-1969. Illum qed jiċċelebra għeluq il-51 sena tiegħu.

“Qbiżna nofs seklu u issa għandi l-maġġoranza, beda biex jgħid dalgħodu hekkk kif għamel lista tal-affarijiet li tgħallem f’din d-dinja, fosthom li llum il-ġurnata tgħallem jieqaf jaħseb qabel ma jitkellem. Huwa qal li tgħallem jiekol ikel tajjeb, igawdi x-xemx, jaqbeż il-baħar, jghid dejjem il verità, ikun avventuruż, ikun qalbu tajba, jitbellaħ kemm jiflaħ kif ukoll tgħallem iħobb dejjem u jkun kuntent bli għandu.

L-attur li anki narawh fit-teatru f’diversi produzzjonijiet, fosthom il-pantomini qal li tgħallem japprezza n-nies li jsibhom miegħu f’kull saram li jkollu u mhux fil-birthday biss.

Brian kompla jgħid li meta nies jgħidulu li ma jaraw xejn tajjeb fih, jgħannaqhom għax il- ħajja diffiċli għall-għami.

Temm billi qal li kultant matul il-ġurnata, iħares ‘il fuq, jitbissem u jgħid lill-Mulej “naf li int kont…. grazzi”

Kliem sabiħ li tajjeb li wieħed jiżnu f’kull ġurnata li tisbaħ.

Ad multos annos.