Qbil milħuq bejn l-AAOC u l-Air Malta

Intlaħaq qbil bejn l-Assoċjazzjoni tal-Kontrolluri tal-Operazzjonijiet (AAOC) u l-Air Malta.
Il-linja tal-ajru qalet fi stqarrija li t-tnejn qablu li l-pendenzi ta’ bejniethom ser jiġu riżolti quddiem it-tribunal industrijali.
Fl-istess waqt b’effett immedjat qed jiġu rtirati l-azzjonijiet industrijali tal-AAOC.
Il-bieraħ tnax-il ħaddiem bdew isegwu azzjoni industrijali ordnata mill-Assoċjazzjoni, li tirrapreżenta lil dan il-grupp żgħir tal-ħaddiema li jikkontrollaw l-ajruplani minn meta jmissu mal-art sakemm iħallu l-ajruport.
L-Air Malta qalet li dan il-ftehim intlaħaq wara li l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi laqqagħhom flimkien.