Qbil li l-PAC jiddiskuti r-rapport dwar ix-xiri taż-żejt

Nhar it-Tlieta se ssir l-ewwel laqgħa tal-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar ix-xiri taż-żejt.

Dan wara qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni biex matul din il-laqgħa tiġi stabbilita’ l-proċedura li bih irid jimxi l-Kumitat Permanenti.

Ġie miftiehem li fost ix-xhieda ma jkunx hemm membri tal-Kumitat li għandu jevalwa x-xhieda.

Intlaħaq qbil ukoll li r-rapport jibda jkun diskuss qabel is-26 ta’ Awwissu meta tkun finalizzata l-proċedura.

Se jkun il-Kumitat stess li se jirregola l-ammont tal-laqgħat.