Qbil għal kollaborazzjoni mal-Montenegro dwar ix-xjenza u t-teknoloġija

Malta u l-Montenegro laħqu ftehim ta’ kooperazzjoni fuq ix-xjenzi u t-teknoloġija.
Il-ftehim ġie ffirmat f’Podgorica mis-Segretarju Parlamentari Josè Herrera f’isem Malta u l-Ministru tal-Montenegro għax-Xjenza u t-Teknoloġija, Sanja Vlahovic.
Fi stqarrija, il-Gvern qal li l-ftehim jaħseb għal skambju ta’ ideat fuq proġetti u ta’ taħriġ għal xjentisti, riċerkaturi u esperti fil-qasam.
Se jwassal ukoll għal sehem is-settur privat fi proġetti ta’ natura xjentifika u teknoloġika, u għal kummissjoni konġunta bejn il-Gvern u l-privat, bis-sehem ta’ esperti, biex twettaq proġetti ta’ fejda għaż-żewġ naħat.
Jakkumpanjaw lis-Seretarju Parlamentari kien hemm l-ambaxxatur ta’ Malta fil-Montengro, Jaime H. Cremona, u l-Konslu Onorarju ta’ Malta, Tiziano Mouzu.