Qbil fuq sanzjonijiet wara biża ta’ arma nukleari

Iċ-Ċina u l-iStati Uniti leħqu ftehim fuq għadd ta’ sanzjonijiet li jimplimentaw jekk il-Korea ta’ Fuq terġa tagħmel testijiet nukleari.

Għadhom mhux magħrufa id-dettalji ta’ dan il-qbil, iżda jidher li se jkun preżentat quddiem il-kunsill tas-sigurtà tal-Ġnus Maqgħuda fis-siegħat li ġejjin.

Matul ix-xahar li għadda, il-Korea ta’ Fuq għamlet it-tielet test nukleari, b’osservaturi jgħidu li dan kellu splużjoni ħafna akbar mit-test nukleari tal-2009, li qajmet il-biża li dan il-pajjiż jista jkun viċin li jiffinalizza arma nukleari.