Qbil fil-Ġermanja dwar rilassament tal-miżuri restrittivi – rapporti

REUTERS/Thilo Schmuelgen

Read in English.

Il-Gvern Federali fil-Ġermanja wasal fi qbil mal-istati fil-pajjiż dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-ħwienet u  l-isport non-professjonali fil-beraħ. Skont rapport li ġie żvelat, l-attivitajiet jistgħu jerġgħu lura għan-normal taħt numru ta’ kundizzjonijiet u kull stat se jkollu s-setgħa jiddeċiedi dwar liema aspetti tal-ħajja pubblika se jitħallew jinfetħu.

Ir-rapport, li jġib id-data tal-5 ta’ Mejju, kien imħejji mill-kap tal-Kanċellerija federali Helge Braun flimkien mal-kapijiet tal-Kanċelleriji reġjonali u ppreżentat qabel konferenza li l-Kanċillier Angela Merkel mistennija tagħmel mal-kapijiet tal-istati illum.

Ir-rapport jipproponi li l-istati jkollhom il-jedd li jiddeċiedu dwar il-ftuħ ta’ universitajiet, ristoranti u ħwienet tax-xorb, lukandi, fieri, negozji tal-kożmetika, briedel, teatri, ċentri tas-saħħa, diskoteki u swali tal-films.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn