Qbil dwar ħidma Ewropea fil-Mediterran dwar l-armi fil-Libja

FILE PHOTO: EU High Representative for Foreign Affairs and Security Policy Josep Borrell speaks during a news conference after a meeting to discuss Libya's crisis, in Brussels, Belgium January 7, 2020. REUTERS/Francois Lenoir

Read in English.

L-Unjoni Ewropea se tkun qed tniedi ħidma militari ġdida fil-Mediterran li se tieħu post dik li kienet l-operazzjoni Sophia.

Dan il-ftehim intlaħaq wara li l-Awstrija neħħiet il-Veto fuq dak propost oriġanarjament mill-Unjoni Ewropeja wara li oġġezzjonat li din tintuża għall-migrazzjoni.

Waqt laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, kien hemm dikussjonijiet twal dwar l-użu ta’ din il-missjoni militari ġdida hekk kif l-Awstrija ma’ riditx li din tintuża għal skopijiet ta’ migrazzjoni. Dan minħabba l-biża’ li jekk kien se jkun hekk, kienu ser jinfetħu l-passaġġi biex aktar migranti jaslu fl-Ewropa.

Minħabba l-oġġezzjonijiet li kien hemm, d-diskussjonijiet ħadu ħafna żmien tant li Josep Borrell, li huwa r-rappreżentant għoli tal-Unjoni Ewropeja qal li l-UE kienet se ssir irrelevanti. Dan jekk ma ssibx qbil dwar soluzzjoni unika dwar il-Libja bir-riskju li l-futur tal-Libja kien se jkun deċiż mit-Turkija u r-Russja.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Taljan Luigi Di Maio qal lill-ġurnalisti li kien hemm qbil li l-għan ewlieni tal-missjoni militari kienet dik li timblokka l-armi lejn il-Libja. Dan l-ispunt kien importanti biex l-Awstrija taqbel dwar dan. Fil-fatt kien deċiż biex din il-ħidma tiffoka fuq ir-rotot li jintużaw l-iktar mit-traffikanti tal-armi flok dawk tal-migrazzjoni.