Qbil dwar abbozz ta’ direttiva għal iktar ħarsien tad-data personali

Il-Ministri tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea qablu dwar abbozz ta’ direttiva favur iktar ħarsien tad-data tal-individwu.
Il-Kunsill tal-Ministri qabel fuq linja komuni li għandha twassal għall-pubblikazzjoni ta’ direttiva li ssaħħaħ il-ħarsien tad-data personali mill-awtoritajiet fil-qasam tal-ġustizzja.
Dan fil-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali.
Issa jmiss li jinfetħu negozjati mal-Parlament Ewropew biex fix-xhur li ġejjin id-direttiva ssir liġi Ewropea.
Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici stqarr li d-Direttiva, li hi biss parti minn pakkett sħiħ li hu meħtieġ biex ir-regoli tal-Unjoni Ewropea jkunu aġġornati mar-realtajiet legali, politiċi u ekonomiċi ta’ żmienna.
Fil-Kunsill tal-Ministri ġie diskuss ukoll il-bżonn li tissaħħaħ il-ħidma tal-Unjoni Ewropea kontra t-tixrid ta’ messaġġi ta’ mibegħda razzjali jew ksenofobika, partikolarment bil-mezzi soċjali.
Il-Ministri qablu li l-UE trid tikkoordina iktar il-ħidma tagħha anke mas-sidien ewlenin tal-midja soċjali, biex tiġi miġġielda l-imġiba razzista onlajn, partikolarment kontra l-immigranti irregolari.