Qbil bejn il-Gvern u l-MAM dwar it-test għall-ftehim dwar l-isptarijiet

Il-Gvern qal li wara diversi laqgħat bejnu u l-Assoċjazzjoni Medika Maltija, kien hemm qbil dwar il-ġejjieni tal-qasam tas-saħħa u l-ftehim li laħaq il-Gvern ma’ Vitalis Global Healthcare dwar l-isptarijiet t’Għawdex, San Luqa u Karin Grech.
Il-Gvern qal li ntlaħaq qbil fuq test, li issa ġie mgħoddi lill-avukati taż-żewġ naħat biex ikun eżaminat mit-timijiet legali rispettivi.
Il-Gvern qal li l-MAM innutat li t-taħdidiet bejn il-Gvern u l-Università ta’ Malta jinsabu wkoll fi stadju avvanzat.
Iktar kmieni, l-Oppożizzjoni baqgħet tinsisti li l-Gvern għandu jippubblika kwalunkwe ftehim li sar bejnu u bejn min se jixtri l-isptarijiet.