Qattus salvat wara t-terremot fit-Turkija

Fl-24 ta’ Jannar inħass terremot qawwi fit-Turkija ta’ grad 6.8 fil-provinċja tal-Lvant ta’ Elazığ. Waqt dan it-terremot kien hemm qattus li nqabad taħt il-bini mwaqqa’ u kien salvat minn taħt it-terrapien u ttieħed fil-belt ta’ Antalya għall-kura.

Il-qattus kien salvat  wara siegħa u nofs mill-pompieri ta’ Antalya  li marru jgħinu fl-isforzi tas-salvataġġ. Il-qattus nagħta l-isem Toros b’referenza għall-Muntanji Taurus (Toros) fin-nofsinhar tat-Turkija.

Id-Direttur tad-Dipartiment tan-Nar ta’ Antalya irrakkonta li  “Il-qattus wara li kien salvat raqad fl-istess post magħna, kien jiekol dak li aħna konna nieklu, qsamna l-provvisti tal-ikel tagħna miegħu u ħadnieh fil-vettura tagħna f’Antalya wara vjaġġ ta’ 12-il siegħa.”

Il-qattus sofra tbenġil f’ġismu u bħalissa kienet ikun medikat fi sptar veterinarju.

Il-pompieri wara li salvaw lill-qattus kienu ippreżentati bi plakka mis-Sindku tal-Antalya b’rikonoxximent għall-att tagħhom.

It-terremot li laqat lil Elazığ ħasad il-ħajja ta’ 41 persuna u ġarraf mijiet ta’ bini.