Qattus robotiku kontra s-solitudni

Fis-soċjetà mgħaġġla u dejjem għaddejja li qed ngħixu diversi nies ġieli jsibu ruħhom waħedhom u jħossu s-solitudni.
Bil-qattus robotiku li ħolqot il-kumpanija Hasbro, is-solitudni tista’ tiġi megħluba.
Dan il-qattus, li jirreaġixxi permezz ta’ sensors, huwa ddisinjat biex jimita qattus reali.
Pereżempju b’taptipa fuq dahru l-qattus jirreaġixxi, meta tmisslu ħaddejh tkun qed tipprovokah biex jgħid miaow u meta jidlam il-qattus jittewweb u jorqod.
Aspett interessanti ta’ dan il-qattus huwa li l-movimenti tiegħu mhumiex dejjem prevedibbli.