Qattus mistoħbi f’sufan jagħmel vjaġġ ta’ 6,000 kilometru

Qattus irnexxilu jagħmel vjaġġ twil kważi 6,000 kilometru ġo sofan.
Kymberly u Jesse Chelf kienu qed jippakkjaw l-affarijiet li riedu jieħdu magħhom fid-dar il-ġdida fl-Alaska.
Għaldaqstant meta din il-ħidma kienet lesta, il-koppja ndunat li l-qattus kien nieqes.
Wara li damu jfittxuh ħasbu li l-qattus kien ħarab.
Ġara iżda li xahrejn wara meta bdew jaslu l-vannijiet bl-għamara fid-dar il-ġdida, Kymberly bdiet tisma ħsejjes mis-sufan.
Kien il-qattus tagħhom Moosie li kellu jagħmel il-vjaġġ minn El Paso sal-Alaska fis-sufan.
Moosie ttieħed għand veterinarju minħabba li għamel żmien bla ikel u xorb u issa se jkollu jingħata l-ikel b’tubu għall-ġimgħat li ġejjin.
Il-qattus ivvjaġġa bil-vapur, il-ferrovija u l-vann moħbi fis-sufan sakemm reġa’ ngħaqad mal-familja tiegħu.