Qattus mejjet fi xkora jitpoġġa quddiem dar MP

Id-Deputat tal-Gvern Stefan Zrinzo Azzopardi sab xkora b’qattus mejjet fih u messaġġ kontra l-Gvern wara l-bieb tiegħu.
Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li Zrinzo Azzopardi sab din l-ixkora dalgħodu.
Id-Deputat qal li dan kollu seħħ wara l-bieb tal-familja tiegħu. Qal li dan l-att se jwasslu biex jaħdem aktar għall-għaqda.
Il-PL esprima s-solidarjetà tiegħu ma’ Zrinzo Azzopardi.
Min-naħa tiegħu, l-ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, f’isem il-Parlament ta’ Malta wera solidarjetà ma’ Zrinzo Azzopardi u familtu.
Fi stqarrija kkundanna l-aġir li ddeskriva bħala wieħed kodard.
Stqarrija tal-PD
Fi stqarrija, il-Partit Demoktatiku esprima solidarjetà ma’ Zrinzo Azzopardi “għall-att viljakk u kodard li ma jixraq l-ebda socjetà demokratika u wisq inqas l-imgieba ċivili.“
Il-PD, fi stqarrija separata sostna li diskors li juri mibgħeda, hate speech, m'għandux jiġi ttollerat hekk kif joħloq tensjoni mal-pajjiż hekk kif ixekkel il-pedament tad-demokrazija u l-ħelsien tal-kelma.