Qattus maqtul Għajn Tuffieħa; 20 persuna mitkellma mill-Pulizija fuq kummenti

Arkivji
20 persuna ġiet mitkellma mill-Pulizija fil-jumejn li għaddew dwar kummenti ta’ theddid li għaddew fil-konfront tas-sidien tar-ristorant fejn inqatel qattus is-sajf li għadda.
Huma mistennija jitressqu l-Qorti. Dawn il-persuni tant beżgħu, u ħassew li dak li għamlu ma kienx ħaqqu dan l-aġir, li xi wħud minnhom ħasshom ħażin.
L-NGO favur l-annimali Animal Defence League qalu li din is-sitwazzjoni hi inaċċettabbli, u l-Pulizija għandhom jaqbdu lill-persuna li qatlet lill-qattus minflok ma jinterrogaw lil nies innoċenti.