Qattus maqbud f’post li għadu qed jinbena

Jidher li ġo appartament li għadu qed jinbena fiż-Żurrieq hemm ferħ ta’ qattus li inqabad fil-post u ma jistax isib triqtu lura ‘l barra. Il-qattus qed jinstemma jingħi u jibki, iżda n-nies li jgħixu viċin ma jistgħux jidħlu fil-post.

Persuna li hija membru tal-grupp RUMB Puppy Love fuq facebook, tellgħet ritratt tal-qattus fuq il-grupp fejn qed titlob biex wieħed jgħin isalva lil dan il-qattus.