Qattus li jisraq l-internet mingħand in-nies

Il-qattus sjamiż bl-isem ta’ Coco ma kienx jaf li kien qed jisraq il-Wi-Fi mid-djar li jinsab fit-triq fejn jgħix.
Is-sid Coco hija anzjana li għandha aktar minn 80 sena u flimkien magħha jgħixu n-neputija tagħha u żewġha.
Kien dan ir-raġel li vvinta kullar speċjali li permezz tiegħu kull darba li Coco joħroġ idur fit-triq jew jilgħab fil-ġonna kien qed jisraq l-internet mingħand in-nies u fl-istess ħin jgħin bla ma jaf lir-raġel biex jieħu l-internet tan-nies għal-laptop tiegħu.
Gene Bransfield spjega li dan il-kullar għamlu permezz ta’ biċċiet minn network card tal-kompjuter tiegħu u permezz t’hekk, bl-iktar mod qarrieqi, iffranka ħafna flus mill-internet.
Dan għamlu billi seraq l-internet tan-nies meta Coco kien qed jilgħab u jiġri fuq il-ħaxix.