Qattus idaħħal borża droga d-dar

Fir-Renju Unit, qattus sab borża bid-droga u ħadha miegħu id-dar. Sid il-qattus sabu kobba ħdejn il-borża it-Tnejn filgħodu, wara li probabbilment il-qattus daħħal id-droga il-lejl ta’ qabel.

Ritratt ippublikat mill-pulizija ta’ Avon u Somerset juri għexieren ta’ pakketti tad-droga bi trap abjad u vjola ċar ġo basket tal-plastik. Jidher li l-qattus raqad eżatt ħdejn il-basket bis-sustanzi llegali fis-sodda tiegħu. Hu mifhum li d-drogi huma kokaina u eroina b’valur stmat li jlaħħaq l-eluf ta’ ewro. Kelliema għall-pulizija qalet li d-drogi kienu se jiġu analizzati iżda kienu suspettati li huma sustanzi llegali.

Fuq Twitter, il-pulizija qalu, “Insa l-klieb tal-pulizija, għandna nibdew inħarrġu l-qtates biex jagħmlu x-xogħol. Jidher li sid il-qattus, sab dan il-basket fis-sodda tal-qattus li kien rieqed eżatt ħdejha.” Il-pulizija qalu li sid il-qattus ħa qatgħa kbira imma mill-ewwel ċempel lill-pulizija.